Anzjan jitlef ħajtu wara li waqa' f'xaft ta' stabbiliment kummerċjali fil-Ħamrun

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8:00am

Anzjan ta’ 65 sena tilef ħajtu wara li waqa’ żewġ sulari għoli fil-parkeġġ tal-istabbiliment kummerċjali Daniels fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00am.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-anzjan kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fil-parkeġġ meta, għal xi raġuni, waqa’ ġo xaft.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku iżda l-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

More in Kronaka