Splużjoni qawwija f’Pariġi tħalli diversi midruba

Splużjoni dalgħodu f'Pariġi ftit passi bogħod mit-teatru Bergere...

Xena mill-frakass wara l-isplużjoni
Xena mill-frakass wara l-isplużjoni

Fid-9:00 ta’ dalgħodu, fiċ-ċentru tal-belt ta’ Pariġi, instemgħet splużjoni kbira. Din l-isplużjoni qawwija jidher li seħħet f’boulangerie (forn tal-ħobż) fi triq de Trevise, ftit passi bogħod mit-teatru Bergere.

Din l-isplużjoni wasslet għal nirien kbar fil-binja tant li ħalliet diversi nies midruba. S’issa jidher li l-isplużjoni seħħet minħabba gassijiet miftuħa.

Il-pumpiera tat-tifi tan-nar qed jikkontrollaw in-nirien u l-pubbliku ntalab jevita din iż-żona.

 

More in Kronaka