Ħadd ma weġġa’ wara splużjoni f’Ħaż Żabbar

Jidher li l-isplużjoni seħħet fit-triq, viċin faċċata ta’ dar

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Ftit tal-ħin ilu seħħet splużjoni fi Triq il-Baħrija f’Ħaż-Żabbar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma din l-aħbar mas-sit illum.com.mt.

Jidher li l-isplużjoni seħħet kawża ta' nirien qawwija f'fireplace li kien viċin il-faċċata ta’ dar.

Il-Pulizija kkonfermat li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

More in Kronaka