Sewwieq ta' mutur fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb f'Ħal Luqa

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq l-Imgiered

Sewwieq ta' mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq l-Imgiered f'Ħal Luqa.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u għaxra meta r-raġel instab bil-mutur maqlub fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li fetħet inkjesta.

 

More in Kronaka