Raġel ta' 55 sena aggredit fil-Ħamrun dalgħodu

Għall-ewwel il-vittma kien qed isofri minn ġrieħi serji iżda mbagħad qaleb għall-aħjar...

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:00 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna midruba fi Triq Nazzjonali, il-Ħamrun.

Il-Pulizija  tad-Distrett  marru  minnufih  fuq  il-post,  fejn  minn  stħarriġ  preliminari  illi  sar,  irriżulta  li raġel ta’ 55 sena residenti Birżebbuga allegatament safa’ agredit minn xi persuni waqt li kien mixi fl- imsemmija triq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Għall-ewwel, il-vittma kien qiegħed isofri minn ġrieħi serji iżda wara qaleb għall-aħjar u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri illi saru, il-Pulizija identifikat żewġ persuni li x’aktarx kienu involuti f’dan l-argument u għaldaqstant ġew miżmuma għal aktar stħarriġ.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Mifsud LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl- inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka