Jiġġarraf saqaf u ħajt ta' maħżen fl-Imrieħel

Kelliema għall-Pulizija qalet mas-sit illum.com.mt li s'issa ma jidher li weġġa' ħadd

Ritratt | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Kmieni llum waranofsinhar ċeda saqaf u ħajt ta' maħżen fiż-żona industrijali tal-Imrieħel.

Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat mas-sit illum.com.mt li ħadd ma' weġġa' f'dan l-inċident.

Il-maħżen, imqassam fuq żewġ sulari, jintuża minn Asciak Carpets u Homemate

Il-binja tinsab fi Triq l-Esportaturi.

 

More in Kronaka