Sentenza sospiża u multa għaż-żagħżugħ li aggredixxa uffiċjali tas-sigurtà

Għal xi raġuni jew oħra ż-żagħżugħ kien ġie ordnat biex jitlaq miċ-ċentru miftuħ

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Dalgħodu fil-Qorti, żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Eritreja ġie ikkundannat sentenza ta’ sena priġunerija, sospiża għall-sentejn u mmultat €4,000 wara li aggredixxa uffiċjali tas-sigurtà taċ-ċentru miftuħ ġewwa Ħal-Far.

Hu mifhum li l-frakas qam wara li għal xi raġuni jew oħra, ir-refuġjat kien ġie ordnat biex jitlaq miċ-ċentru miftuħ. Jidher li r-refuġjat m'għobdiex l-istruzzjonijiet mogħtija lilu filwaqt li aggreddixxa l-gwardjani taċ-Ċentru Miftuħ li ppruvaw joħorġuh il-barra miċ-ċentru miftuħ.

Il-Maġistrat wissiet liż-żagħżugħ li kull xorta ta’ reat fis-sentejn li ġejjin awtomatikament jfisser li s-sentenza ta’ priġunerija tiġi attivata. Ir-refuġjat mistenni jħallas, il-multa tiegħu ta' €4,000 f’pagamenti fix-xahar ta’ €115.

More in Kronaka