Iben żewġ anzjani jitlob għall-għajnuna tal-pubbliku u l-pulizija

Żgħażagħ jiffastidjaw żewġ anzjani...binhom jitlob għal azzjoni u għajnuna...

Iż-żgħażagħ li qed jiffastidjaw lill-anzjani
Iż-żgħażagħ li qed jiffastidjaw lill-anzjani

Żagħżugħ bl-isem ta' Glenn Borg ħalla kumment fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu illi fih qed jitlob illi tittieħed azzjoni mill-Pulizija wara li żewġ żgħażagħ qed jiffastidjaw lill-ġenituri anzjani tiegħu, minn Pembroke.

Jidher illi fil-fatt diġa sar rapport fl-għassa ta' San Ġiljan hekk kif żewġ żgħażagħ qed idoqqulhom il-qanpiena, filwaqt li Borg jakkużahom li qed iwaddbulhom l-affarijiet, "apparti li qed issir ħsara mal-faċċata tad-dar, ħsara mal-karozzi, tgħajjir u kliem ħażin..."

Jidher illi matul il-lejl li għadda dawn reġgħu għamlu l-istess imma din id-darba kienu lebsin maskri. 

Borg qed jappella lill-pulizija biex min jaf jew jagħraf lil dawn il-persuni jagmlu kuntatt mal-ghassa ta San Giljan fuq 22943401 u jikkwotaw in-numru tar-rapport 6A/N/7201/2018.

Il-messaġġ li ħalla iben Glenn Borg
Il-messaġġ li ħalla iben Glenn Borg

More in Kronaka