Il-Pulizija tħarrab għexieren ta' għasafar tal-għana importati b'mod illegali

Il-Pulizija qed iżżomm żewġt irġiel arrestati dwar dan il-każ

Il-Pulizija qed iżżomm żewġt irġiel arrestati wara li sabet 200 għasfur tal-għana mhux irreġistrati u li x’aktarx kienu għal bejgħ.

Fi stqarrija ntqal kif il-Pulizija tal-Administrative Law Enforcement wettqu diversi spezzjonijiet wara informazzjoni li xi persuni importaw b’mod illegali għasafar tal-għana minn Sqallija u li kienu qed jinbiegħu.

L-ispezzjonijiet saru wara li nħarġu mandati ta’ arrest u tfittxija f’ħanut tal-annimali fiż-Żejrun u fi tliet residenzi f’Ħal Luq, Santa Venera u Ħal Tarxien.

L-għasafar misjuba ġew iċċertifikati mill-uffiċjali tal-Wild Birds Regulation Unit fejn dawk l-għasafar li ma kellhomx ċurkett skont il-liġi ġew imħarrba f’diversi lokalitajiet f’Malta.

More in Kronaka