Tnejn arrestati wara sejba ta' droga kokaina u eroina

100 gramma trab abjad u 50 gramma trab kannella fil-pussess ta' żewġt irġiel...

Ilbieraħ filgħaxija il-Pulizija arrestaw tnejn minn nies, raġel ta' 33 sena minn Ħal Qormi u ieħor ta' 19-il sena mill-Belt Valletta. 

Iż-żewġt irġiel instabu fil-pussess ta’ iktar minn 100 gramma trab abjad, allegatament kokaina, madwar 50 gramma trab kannella suspettat li huwa droga eroina kif ukoll iktar minn €7,000 fi flus kontanti. L-arrest sar f'Ħal Qormi. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A. M. Grima LL.D, ordnat li ssir inkjesta u diversi esperti sabiex jassistuha.  
 

More in Kronaka