Joe Ellis jitlob li l-każ 'Liam Debono f'Xarabank' jitla' quddiem il-Qorti Kostituzzjonali

...jinsisti li hemm dubji jekk id-deċiżjoni tal-Maġistrat Joe Mifsud hix kompatibbli mal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem

Joe Ellis u l-Maġistrat Joe Mifsud
Joe Ellis u l-Maġistrat Joe Mifsud

L-avukat Joe Ellis, f'risposta għad-deċiżjoni tal-Qorti ilbieraħ li ssir spjegazzjoni minnu dwar l-artiklu tiegħu fuq il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, sostna illi hu kellu kull dritt li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Qorti. Iżda iktar minn hekk huwa insista illi l-fatt li l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ma ppermettietx li tixxandar l-intervista ta' Liam Debono fuq Xarabank setgħet kisret id-drittjiet tal-bniedem. 

Ellis qal illi minkejja li l-intenzjoni tal-Qorti kienet "onorabbli" hemm dubji kemm id-deċiżjoni hija konformi mal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa fid-dawl ta' dan, sostna Ellis, li hu qed jikkontesta d-deċiżjoni. 

Għalhekk Ellis qed jitlob li tkun il-Qorti Kostituzzjonali li tiddeċiedi dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Ċivili li l-intervista ma tixxandarx u jekk din id-deċiżjoni tal-Maġistrat Joe Mifsud kinitx waħda ġusta.

Intant fuq l-artiklu Ellis qal illi mhu minnu xejn illi hu b'xi mod kiteb illi Liam Debono kien ħati, anzi fl-artiklu huwa kkwota l-importanza tal-preżunjoni tal-innoċenza sakemm ikun hemm deċiżjoni li tagħti ħtija.  

 

More in Kronaka