Raġel bi ġrieħi gravi wara li qala' daqqa ta' skalpell

Il-każ seħħ waqt argument li nqala' lbieraħ ġo ħanut f'Tas-Sliema

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li kellu ma' raġel ieħor ilbieraħ filgħaxija fi stabbiliment f'Tas-Sliema

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-21:00 fi Triq ix-Xatt f'Tas-Sliema.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li għal xi raġuni qam argument bejn raġel ta' 43 sena u raġel ta' 41 sena mill-Ħamrun.

Waqt il-ġlieda, r-raġel ta' 43 sena qala' daqqa ta' skalpell u kellu jittieħed Mater Dei.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka