Qorti | Irrekordjatu jheddidha li se jdawwrilha wajer ma' għonqha u joqtolha

....imma jaqla' sentenza ta' sena libertà kundizzjonata...

(Arkivji)
(Arkivji)

Raġel li hedded lil martu illi jifgaha ingħata l-libertà kundizzjonata, wara li ammetta l-ħtija miġjuba kontrih. 

Ir-raġel, li ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, deher quddiem il-Maġistrat Claire Louise Stafrace dalgħodu u kien akkużat illi ġiegħel lill-mara tibza' mill-vjolenza, insultaha u li heddidha u attakkaha. 

L-Ispettur Melvyn Camilleri qal illi l-mara kienet irrekordjatu jheddidha li se jdawwrilha wajer ma' għonqha u jifgaha. 

Il-Qorti tat sentenza ta' sena libertà proviżorja u imponiet ordni ta' protezzjoni għall-mara. 

 

More in Kronaka