Ħaddiem iweġġa' waqt li kien qed iħott trailer

L-inċident seħħ ġo fabbrika fiż-żona industrijali ta' Bulebel

Raġel weġġa' waqt li kien qiegħed iħott xi xogħol minn fuq trailer ġewwa fabbrika fiż-żona industrijali ta' Bulebel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45pm.

Ir-raġel li għandu 31 sena, residenti x-Xgħajra, ittieħed immedjatament Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

More in Kronaka