Għawwiem jitlef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà f'Marsalforn

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar bir-raġel imut filgħaxija fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex

Raġel Ġermaniż tilef ħajtu wara li sab ruħu f'diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja ta' Għar Qawqla f'Marsalforn.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-bieraħ waranofsinhar meta r-raġel ittella' mill-baħar.

Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex madanakollu, ir-raġel, li kellu 56 sena, miet għall-ħabta tat-tmienja ta' filgħaxija.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali

More in Kronaka