Żagħżugħa tinstab mejta ġo appartament f'Għawdex

Iż-żagħżugħa għandha 23 sena u hija min-Niġerja

Żagħżugħa ta’ 23 sena instabet mejta f’appartament fir-Rabat Għawdex.

Iż-żagħżugħa, li għandha 23 sena min-Niġerja, instabet mejta għall-ħabta tas-1:15pm fi Triq il-Kappuċini.

Fuq il-post issejjaħ immedjatament tim mediku iżda l-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka