Il-Pulizija tkisser ċirku ta' kriminalità organizzata

B'kollox ġew arrestati 12-il persuna wara investigazzjoni fuq serq minn diversi djar

Wara jiem ta' osservazzjoni, il-Pulizija arrestat 12-il persuna mill-Georgia wara investigazzjoni fuq serq minn djar f'Malta u Għawdex.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li se tkun qed tressaq il-Qorti l-ewwel persuna fuq akkużi relatati ma' serq u b'involviment f'kriminalità organizzata.

Hu mifhum li aktar persuni se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

More in Kronaka