Tifel u mara l-isptar wara ħabta f'roadblock

...waħda mill-karozzi involuti fl-inċident kienet tal-Pulizija

Tifel ta' seba' snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn tliet karozzi fi Triq Kordin f'Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ meta karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 24 sena ħabtet ma' vettura misjuqa minn mara ta' 35 sena u li magħha kellha lit-tifel.

Mal-impatt, il-vettura tal-mara baqgħet dieħla ġo vettura oħra tal-Pulizija li kienet fuq il-post minħabba roadchecks li kienu qed isiru.

It-tliet persuni ttieħdu Mater Dei għall-kura. Apparti t-tifel, il-mara kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief filwaqat li ż-żagħżugħ ma sofra l-ebda l-ġrieħi.

More in Kronaka