Tal-linja tiskiddja u tweħħel nofs it-Triq Reġjonali

Il-karozza tal-linja għalqet il-karreġġjati li jagħtu lejn il-Kappara

Ritratt| MRTU meħud minn Melodie Grima
Ritratt| MRTU meħud minn Melodie Grima

Karozza tal-linja skidjat u tilfet il-kontroll fi Triq Reġjonali fid-direzzjoni tal-Kappara.

Kif jidher mir-ritratt, il-karozza tal-linja spiċċat daret u għalqet it-triq, bit-traffiku jinġabar warajha mingħajr ma jista' jmur imkien.

Minkejja li ssejħet ambulanza fuq il-post, il-Pulizija għad ma għandha l-ebda indikazzjoni li kien hemm xi persuni li weġġgħu.

More in Kronaka