Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Filmat | Aktar vittmi taħt it-tifrik f'Genoa; Jitilgħu għal 35 il-persuna mejta

Operazzjoni sħiħa wara inċident traġiku fil-belt ta' Genoa

Albert Gauci Cunningham / 14 t'Awwissu 2018 12:30
Il-pont li waqa' fil-belt ta' Genoa
Minn tal-inqas 35 persuna, fosthom tifel żgħir tilfu ħajjithom wara li pont li kien jagħmel parti minn triq arterjali waqa', fil-belt ta' Genoa. 

Il-Ministru tat-Trasport Danilo Toninelli iddeskriva dan l-inċident bħala 'traġedja kbira ħafna', filwaqt li l-Viċi Prim Ministru Taljan Matteo Salvini rringrazzja lil madwar 500 pumpier li qegħdin jaħdmu "biex isalvaw il-ħajjiet" u jfittxu qalb it-tifrik.

Il-pont qabel u wara li waqa'
Persuni li kienu fuq il-post u li tkellmu ma' midja Taljana qalu li ftit qabel waqa' l-pont, raw sajjetta tolqtu. 

Jidher ukoll li fuq il-pont kien għaddej xogħol ta' manutenzjoni , iżda r-riħ qawwi tal-aħħar jiem għamilha diffiċli għall-ħaddiema biex jwettqu xogħolhom.

Intant, apparti dawk li tilfu ħajjthom, hemm madwar 13-il persuna oħra li weġġgħu.

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook