Żagħżugħa tiddaħħal l-isptar wara ħabta f'Santa Venera

...għandha 25 sena u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi

Illum, għall-ħabta tas-12:4, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Rue D’Argens, Gżira.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kien għadu kemm seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Birkirkara  u  mutur  Kymco Agility misjuq minn mara ta’ 25 sena mill-Maċedonia, residenti  Santa Venera.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 25 sena l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka