Il-Pulizija jinterrogaw lill-għarus tal-mara li nstabet imħanxra f'Santa Venera

...kmieni filgħodu nstabet mara Olandiża mejta f'Santa Venera

Santa Venera; is-sit fejn instabet il-mara maqtula
Santa Venera; is-sit fejn instabet il-mara maqtula

Dalgħodu għall-ħabta tas-6:20a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mixħuta mal-art fi Triq il-Mastrudaxxi, Santa Venera.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn hemmhekk ġie kkonfermat ir-rapport. Il-vittma li hi mara Olandiża ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. 

L-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilità d-dinamika ta’ dan il-każ għadhom għaddejjin. Jidher  li x’aktarx il-vittma sofriet ġrieħi ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.

L-ewwel rapporti qed jgħidu li l-mara, barranija, kienet imħanxra. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D.Frendo Dimech LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Intant fl-aħħar żviluppi jidher illi l-Pulizija qed iżomm u tinterroga lill-għarus tal-vittma, Olandiż ukoll. 

More in Kronaka