Qorti | Żewġt'irġiel akkużati li stupraw u ttraffikaw tifla ta' 14-il sena

Deskritt bħala wieħed mill-agħar każi ta' prostituzzjoni tat-tfal f'Malta....

Żewġt'irġiel qed jinżammu taħt arrest, wara li kienu akkużati bi stupru u traffikar ta' tifla ta' 14-il sena f'dak li kien deskritt bħala 'wieħed mill-agħar każi ta' prostituzzjoni ta' tfal taħt l-età li qatt rat Malta.' 

L-Ispettur Roxanne Tabone ressqet b'akkużi lil raġel ta' 28 sena minn Niger u raġel ta' 28 sena mill-Mali. L-akkużi huma; Traffikar ta' tifla ta' 14-il sena, stupru, li daħlu lit-tifla fil-prostituzzjoni u li għexu minn fuq dħul mill-istess prostituzzjoni.

Wieħed mill-irġiel qed ikun akkużat ukoll illi huwa riċediv u li kien qed isuq mingħajr liċenzja. 

L-avukat tal-irġiel, Noel Bartolo, wieġeb 'mhux ħati' f'isem il-klijenti u talab biex l-akkużati jingħataw il-ħelsien mill-arrest. L-ispettur Tabone oġġezzjonat minħabba l-gravità tal-każ u minħabba li l-irġiel m'għandhomx rabtiet partikolari mal-pajjiż. 

Wieħed mill-irġiel jgħix f'garaxx ma' tmien persuni oħrajn fil-Ħamrun, filwaqt li l-ieħor m'għandux fejn jgħix. 

It-talba għall-ħelsien mill-arrest ma kinitx milqugħa. Il-vittma ta' 14-il sena qed tingħata l-għajnuna minn social workers. 

 

More in Kronaka