200 kilogramma droga jinstabu moħbija qalb konsenja frott

Tlett irġiel ġew arrestati u mhux eskluż li jitressqu l-Qorti akkużati fl-assoċjazzjoni fl-importazzjoni u fit-traffikar tal-istess drog

Tliet persuni ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess ta' madwar 200 kilogramma droga.

L-irġiel, tnejn minnhom Sqallin ta' 30 u 31 sena u żagħżugħ Malti ta' 28 sena, instabu fil-pussess ta' madwar 100 kilogramma raża tal-kannabis.

Ġo vann separat, moħbija ġo konsenja frott, instabu 10 kilogramma oħra sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.

Mhux eskluż li jitressqu l-Qorti għada akkużati fl-assoċjazzjoni fl-importazzjoni u fit-traffikar tal-istess droga mhux għall-użu esklussiv tagħhom.

More in Kronaka