Jinqabad fil-fatt iħott kwantità kbira ta' sigaretti minn fuq dgħajsa

Il-każ seħħ kmieni ma-sebħ f'San Pawl il-Baħar

Raġel ġie arrestat wara li nqabad fil-fatt iħott kwantità kbira ta' sigaretti tal-kuntrabandu minn fuq dgħajsa għal ġo vettura.

Kien għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta' dalgħodu li l-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm raġel suspettuż qed iħott kwantità kbira ta' kaxxi minn fiq dgħajsa u li l-attività dehret suspettuża.

Ir-raġel kien jinsab fuq il-moll fi Triq San Pawl il-Baħar.

Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post u arrestat lir-raġel filwaqt li ntalbet ukoll l-assistenza tal-uffiċjali tad-Dwana.

More in Kronaka