Żewġ Libjani u Malti arrestati wara qabda tad-droga f'Ħal Kirkop

Huma mistennija li jitressqu l-Qorti taħt arrest għada filgħodu.

Żewġ Libjani u Malti kienu arrestati wara qabda droga f'Ħak Kirkop. Is-sejba saret f'karozza li fiha nstabu 1.5 kilos sustanza allegatament kokaina u borża li kien fiha madwar 64,000 kontanti.

It-tliet irġiel kien arrestati u wara ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jassistu fl-invetigazzjonijiet. Huma mistennija jitressqu l-Qorti taħt arrest għada filgħodu.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata dwar din is-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka