Tliet żgħażagħ l-isptar wara ħabta fin-Naxxar

Żagħżugħ minnhom inqabad fil-vettura u kellu jinħareġ bl-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili

Tliet żgħażagħ iddaħħlu l-isptar wara ħabta li seħħet fis-siegħa ta' filgħodu fi Triq is-Salina n-Naxxar.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li kienet seħħet ħabta frontali bejn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta' 23 sena mir-Rabat Għawdex u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 25 sena minn Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu lil raġel ta' 26 sena, li kien passiġġier, wara li nqabad f'vettura.

Tim mediku assista lit-tliet żgħażagħ. Aktar tard iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief u l-passiġġier sofra ġrieħi gravi.

Il-kundizzjoni tat-tfajla gtħadha mhux magħrufa.a

Intant, żagħżugħa ta' 28 sena li kienet ukoll passiġġiera ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li fetaħ inkjesta. 

More in Kronaka