Mara arrestata fl-Ajruport wara sensiela ta' serq fil-Belt u l-Mosta

L-arrest seħħ wara jiem ta' osservazzjoni mill-Pulizija tal-Belt Valletta

Mara ġiet arrestata fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, ftit qabel ħalliet Malta, minħabba każi ta' pickpocketing.

L-arrest seħħ wara jiem ta' osservazzjoni mill-Pulizija tal-Belt Valletta.

Wara l-istħarriġ li sar, irriżulta li l-mara, Bulgara ta' 31 sena, kienet involuta f'diversi reati oħra fil-Belt Valletta kif ukoll ġewwa l-Mosta.

Il-mara se titressaq il-Qorti llum waranofsinhar.

More in Kronaka