Priġunier ta' 35 sena jinstab mejjet fiċ-ċella tiegħu

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-kaz għadha għaddejja

Illum, għall-ħabta tat-7.45 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa l-Faċilità korrettiva ta’ Kordin minħabba li nstab raġel ta’ 35 sena, ta’ nazzjonalita’ barranija, mejjet ġewwa ċ-ċella tiegħu.

Minn stħarriġ preliminari irriżulta li l-katavru ma għandu l-ebda sinjali ta’ vjolenza fuqu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Mifsud qed imexxi inkjesta rigward dan il-każ, filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-kaz għadha għaddejja.

More in Kronaka