Raġel iweġġa' wara ħabta f'Bormla

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-ħdax fi Triq l-Immakulata

Raġel qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta fi Triq l-Immakulata f’Bormla.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-ħdax.

Jidher li r-raġel li għandu 56 sena u mill-Birgu weġġa’ wara li ħabat ma’ karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Fgura.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka