Ritratti | Sewwieq ta' taxi jitlef il-kontroll u jaqleb ħajt

Fil-ħin tal-inċident, fit-taxi ma kien hemm l-ebda passiġġier

Sewwieq ta' taxi ħelisha ħafif meta tilef il-kontroll tat-vettura, daħal f'ħajt u spiċċa fil-karreġġjata fin-naħa l-oħra tat-triq.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma' Illum.com.mt li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

Jidher li dak il-ħin ma kien hemm ħadd fil-vettura.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi ftit qabel il-mina ta' San Ġiljan.

More in Kronaka