Anzjan bi ġrieħi gravi wara li nqabad fil-vann f'inċident tat-traffiku

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu fi Triq il-Vittmi Furjaniżi fil-Floriana 

Ritratt | One News
Ritratt | One News

Ħamruniż ta’ 70 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu fi Triq il-Vittmi Furjaniżi fil-Floriana meta seħħet ħabta bejn ‘bowser’ misjuq minn raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ u vann li kien misjuq mill-anzjan.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenu sabiex l-anzjan jinħareġ mill-vann.

Tim mediku b’ambulanza ħadu l-isptar Mater Dei għall-kura. Is-sewwieq tal-‘bowser’ ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka