Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Silġ fis-Sahara; Il-borra fid-deżert dalgħodu

Fenomenu rari dalgħodu, għas-sorpriża ta' ħafna Alġerini mdorrijin jgħixu fi sħana kbira....

Albert Gauci Cunningham / 9 ta' Jannar 2018 09:13
Silġ fuq is-Sahara....dalgħodu
Jidher illi s'issa Malta u l-madwar ħelsuha mill-kesħa kbira li qed tagħmel f'ċerti żoni tal-Ewropa u anke tal-Mediterran li qed tilħaq mhux biss bliet f'pajjiżi bħal Spanja imma issa saħansitra d-deżert. 

Fil-fatt, għar-raba' darba f'37 sena għamlet il-borra fid-deżert tas-Sahara ħdejn il-villaġġ ta' Ain Sefra fl-Alġerija. Dan kien kawża ta' temp kiesaħ ħafna (u rari wkoll) li ġab miegħu ftit borra li dam biss ftit minuti hekk kif malli bdiet togħla t-temperatura dan is-silġ beda jdub. 

L-awtoritajiet Alġerini qalu li b'kollox niżel madwar 40 ċm ta' borra li beda jdub għall-ħabta tal-5 am. 

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook