Ħallelin jisirqu b'€6,000 fi flus u deheb f’'hold-up'

Il-ħallelin li kellhom sikkina wettqu s-serqa minn residenza f'San Pawl il-Baħar

Ritratt | Google Maps
Ritratt | Google Maps

Ħallelin x’aktarx barranin serqu b’valur ta’ €6,000 f’hold-up li wettqu f’residenza li tinsab Triq San Publiju f’San Pawl il-Baħar.

Is-serqa seħħet għall-ħabta tal-9.45 ta’ filgħodu meta żewġ ħallelin armati b’sikkina sgassaw il-bieb ta’ barra tar-residenza filwaqt li ħalliel ieħor baqa’ jistennihom fil-karozza.

Fil-ħin tas-serqa, fir-residenza kien hemm mara ta’ 43 sena li ġiet mhedda mill-ħallelin.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku li għenu lill-mara għax-xokk li ġarrbet għalkemm marritx l-isptar.

Inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jinsabu għaddejjin.

More in Kronaka