Raġel jitlef ħajtu wara li waqa' f'xaft

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq il-Mensija f’San Ġwann. 

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel ta’ 45 sena minn Bormla tilef ħajtu wara li waqa’ fix-xaft wara li ngħalaq fuq il-bejt u x’aktarx ipprova jiddendel sabiex jidħol minn tieqa ta’ uffiċċju mix-xaft.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30pm fi Triq il-Mensija f’San Ġwann.

Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku b’ambulanza iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat inkjesta u ħatret l-esperti biex jgħinuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka