Mara titlef ħajjitha f'inċident fil-Gżira

Hija ttieħdet l-isptar għall-kura iżda sfortunatament mietet ftit tal-ħin wara 

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Mara ta’ 30 sena miż-Żurrieq mietet wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 40 sena mis-Swieqi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-7.40pm fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħadu l-mara l-isptar għall-kura iżda sfortunatament mietet ftit tal-ħin wara.

Kawża tal-inċident it-triq ingħalqet għal xi ħin.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret numru ta’ esperti li se jassistuha fl-inkjesta li sejħet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka