Jinsterqu flus mill-Knisja ta' Raħal Ġdid

Kien is-Sagristan li nduna bis-serqa kmieni dalgħodu, meta mar fil-Knisja biex jipprepara għall-Quddies. 

Flus minn kaxxi tad-donazzjonijiet insteraq mill-Knisja Parrokjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Mhux magħruf l-ammont tal-flus li nsteraq mill-kaxxi li jinsabu quddiem niċeċ għad-donazzjonijiet mill-persuni li jattendu l-funzjonijet reliġjużi.

Kien is-Sagristan li nduna bis-serqa kmieni dalgħodu, meta mar fil-Knisja biex jipprepara għall-Quddies.

Jidher li ma kienx hemm sgass u li wisq probabbli li l-ħalliel jew ħallelin daħlu minn tieqa fis-sagrestija.

L-investigazzjonijet tal-Pulizija dwar din is-serqa għadhom għaddejjin.

More in Kronaka