Anzjana bi ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn vann

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.15 fi Triq Ġlormu Cassar fil-Belt Valletta. 

Anzjana ta’ 70 sena mill-Floriana ġarbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vann misjuq minn raġel ta’ 56 sena minn Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.15 fi Triq Ġlormu Cassar fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija u tim mediku ssejħu fuq il-post fejn ħadu lill-anzjana l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka