Iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn karozza

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi

Ritratt | Media Police
Ritratt | Media Police

Raġel ta’ 43 sena minn San Pawl il-Baħar sofra grieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 44 sena minn Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi. Ir-raġel ittieħdet b’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka