Jinstabu oġġetti li nsterqu mill-Knisja ta' Bormla

B’rabta mas-serqa kienu tressqu l-Qorti żewġt irġiel, wieħed ta’ 30 sena u ieħor ta’ 19-il sena

Il-Pulizija rnexxilha ssib oġġetti li kienu nsterqu mill-Knisja ta’ Marija Immakulata ta’ Bormla wara rejd li twettaq fl-inħawi tal-Bieb ta’ Santa Liena f’Bormla stess. Dawn l-oġġetti, li wħud minnhom huma tad-deheb, kienu nsterqu mill-Knisja fit-22 ta’ Lulju li għadda u l-valur tagħhom jlaħħaq it-€30,000. Jirriżulta li l-Pulizija wettqet ir-rejd wara li ngħtat informazzjoni minn wieħed mill-akkużati. B’rabta mas-serqa kienu tressqu l-Qorti żewġt irġiel, wieħed ta’ 30 sena u ieħor ta’ 19-il sena, li tnejn wieġbu li mhux ħatja. Iż-żgħażagħ ingħata l-ħelsien mill-arrest. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka