Anzjana tinġieb Malta minn fuq cruise wara li ħassitha ma tiflaħx

Il-Forzi Armati ġew imsejħa biex jassistu lill-mara, hekk kif ħaduha Mater Dei għall-kura

Anzjana li kienet abbord cruise liner kellha tittieħed lejn l-isptar għall-kura wara li kien jeħtiġilha assistenza medika.

Il-Forzi Armati ta' Malta kellhom jintbagħtu lejn il-cruise liner permezz tal-Melita II SAR Launch, ilbieraħ filgħaxija sabiex tinġieb il-mara lejn Malta. 

L-anzjana inġiebet f'Xatt it-Tiben flimkien ma żewġha fejn imbagħad ġiet trasferita lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta' ambulanza.

More in Kronaka