filmat | 22 persuna mejta fosthom tfal wara attakk terroristiku f'kunċert f'Manchester

Kien hemm numru ta' Maltin qed jattendu għall-kunċert tal-kantanta Ariana Grande fil-Manchester Arena

22 persuna fosthom tfal u l-familji tagħhom tilfu ħajjithom wara attakk terroristiku f'Manchester Arena lbieraħ filgħaxija.

Eluf ta' persuni kienu qed jattendu għall-kunċert tal-kantanta Ariana Grande f'Manchester Arena, meta għall-ħabta tal-10:30 tal-bieraħ filgħaxija, mat-tmiem tal-kunċert kif bdew ħerġin in-nies mis-sala, persuna splodiet bomba, li ħalliet 22 persuna mejta u 59 midruba. Il-kunċert kien sold out, bl-aren tesa' mal-21,000 persuna.

Il-pulizija qed tikkunsidra dan il-każ bħala attakk terroristiku, bl-aggressur ikun responsabbli minn bomba suwiċida.

Huwa mifhum li għadd ta' Maltin kienu qegħdin fil-Manchester Arena jsegwu l-kunċert, iżda jidher li jinstabu tajjeb.

Jeremy Corbyn u l-Prim Ministru Theresa May qalu li se jkunu qed jissospendu l-kampanja elettorali tagħhom għalissa, wara dan il-każ.

More in Kronaka