Pollakk iweġġa' gravi wara li baqa' dieħel bil-karozza ġo residenza

Żagħżugħ residenti San Ġwann sofra ġrieħi gravi wara li baqa' dieħel ġo residenza bil-karozza

 

Żagħżugħ ta' 21 sena residenti San Ġwann sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu f'San Pawl il-Baħar u baqa' dieħel f'residenza.

Il-każ seħħ iktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-00:30, meta l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Knisja, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari illi sar fuq il-post, irriżulta li ġuvni Pollakk ta’ 21 sena residenti San Ġwann tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq tat-tip Citroen Xsara u baqa’ dieħel ġo residenza.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom ghaddejjin.

More in Kronaka