Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Weħel 20 sena ħabs fl-2003...ilbieraħ wettaq att terroristiku f’Pariġi

Kien magħruf bħala estremista Iżlamiku, kien arrestat meta fera żewġ pulizija u kien ħalef li jrid joqtol aktar pulizija u xorta ngħata l-libertà qabel iż-żmien

John Busuttil / 21 t'April 2017 08:40
It-terrorista tal-ISIS li kien wara l-attakk f’Pariġi lbieraħ, li ħalla pulizija mejjet u lilu stess kien identifikat bħala Karim Cheurfi li għandu l-isem tiegħu tal-gwerra Abu Yousuf il-Belġjan. Għandu 39 sena u permezz tat-Telegram kien għġamel diversi theddidiet li jrid joqtol aktar pulizija.

Il-qattiel twieled Franza u kien jgħix f'Chelles viċin Pariġi f’Seine-et-Marne. Fl-2001, 16-il sena ilu kien spara fuq żewġ pulizija wara li kien inqabad f’karozza misruqa fejn ferihom gravi iżda ma rnexxilux joqtolhom. Sentejn wara kien kundannat għal 20 sena ħabs f’ħabs ta’ sigurtà għolja, iżda nħareġ qabel iż-żmien b’appell fil-qorti biex b’hekk ingħata l-liberta li jerġa' joqtol.

Sadattant, il-pulizija għamlet raid id-dar fejn kien joqgħod fejn sabu diversi armi u munizzjon. Karim waqaf bil-karrozza Audi tiegħu u beda jispara fuq karrozza tal-pulizija li taħdem fil-kontroll tat-traffiku. Il-pulizija maqtul kien ix-xufier tal-istess karozza li dak il-ħin kien qed jiekol ‘snack’ meta ġie maqtul. Sadattant l-ISIS ħarġu stqarrija li huma respondabbli mill-attakk fuq Pariġi.

F’dan l-attakk f’Champs Elysees kienu feruti żewġ pulizija oħra u turista filwaqt li fil-viċinanzi kien qed isir dibattitu politiku tlett ijiem qabel l-elezzjonijiet fi Franza. Il-pulizija bħalissa qed ifittxu suspettat ieħor.

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Segwina fuq Facebook