Mingħalihom xtraw l-exctasy u kienu qed jixtru pirmli tal-pipi

Taljana tidħol f'party, tagħmilha ta' traffikanta u tbiegħ pirmli tal-pipi lil dawk preżenti..

Xena mill-party 'Lost and Found' li jsir Malta kull sena fit-tmiem il-Ġimgħa tal-Għid
Xena mill-party 'Lost and Found' li jsir Malta kull sena fit-tmiem il-Ġimgħa tal-Għid

Dawk li marru il-party Lost & Found, li sar matul tmiem il-ġimgħa u li ilu jsir għall-aħħar snin, kienu sorpriżi hekk kif jirriżulta li minflok pirmli exctasy ingħataw mediċina tal-pipi. Dan mingħand mara Taljana, li kienet qed tagħmilha ta traffikanta tad-droga. 

Minkejja li t-Taljana, Emanuela Garofalo ta' 25 sena minn Napli, kienet qed tbiegħ drogi legali b'mod illegali, ma kinitx akkużata bit-traffikar tad-droga. Dan minħabba li anke jekk min xtara kellu l-intenzjoni li fil-fatt jixtri d-droga, s-sustanza li kellha Garofalo kienet mediċinali. Hija kienet akkużata u misjuba ħatja ta' prattika ta' kura medika mingħajr il-kundizzjonijiet kollha neċessarji u li kienet qed tbiegħ prodotti mingħajr liċenzja u awtorizzazzjoni. 

Il-Maġistrat Grazio Mercieca taha sentenza ta ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li t-Taljana ma terġax twettaq att kriminali fi tliet snin u multa ta' €2,329. Il-multa se titħallas bin-nifs, €100 fix-xahar. 

L-Avukat Benjamin Valenzia rrapreżenta lill-akkużata, filwaqt li Malcolm Bondin mexxa l-Prosekuzzjoni. 

 

More in Kronaka