Ċiklist jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza

Iċ-ċiklist, raġel ta’ 36 sena, inltaqat minn karozza fi Triq il-Kosta. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Għall-ħabta tat-7:45 ta’ dalgħodu, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ir-Ridott kantuniera ma’ Triq Tul il-Kosta, Baħar Iċ-Ċagħaq, li fih ċiklist ta’ 36 sena, minn San Ġiljan, għal xi raġuni ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena minn Naxxar.

Fuq il-post issejjħu minnufih il-Pulizija, flimkien ma’ ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.  Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġriehi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka