Jaqgħu l-akkużi ta' attentat ta' qtil kontra l-eks xufier tal-Ministru Manuel Mallia

... il-każ ta' Paul Sheehan kien qajjem pandemonju politiku - inkjesta kienet ikkonkludiet illi kien spara żewġ tiri lejn karozza ta' Skoċċiż

Ix-xena fejn kienu sparati tiri - Jaqgħu l-akkużi ta' attentat ta' qtil kontra Paul Sheehan, eks-xufier tal-Ministru Manuel Mallia
Ix-xena fejn kienu sparati tiri - Jaqgħu l-akkużi ta' attentat ta' qtil kontra Paul Sheehan, eks-xufier tal-Ministru Manuel Mallia

L-akkużi ta' attentat ta' qtil fil-konfront ta' Paul Sheehan, li kien ukoll ix-xufier tal-Ministru  Manuel Mallia, twaqqgħu mill-Avukat Ġenerali. Sheehan  kien mifhum li spara, tal-inqas darbtejn, lejn il-karozza ta' Stephen Smith, raġel mill-Iskozja f'Novemrbu 2014, wara li l-istess Smith baqa' dieħel fil-karozza uffiċjali tal-Ministru Mallia. Il-karoizza kienet ipparkjata fi Triq Nicholas Kottoner fil-Gżira. 

Sheehan  kien inizjalment akkużat b'attentat ta' qtil, l-aktar akkuża gravi, kif ukoll b'intimidazzjoni b'użu ta' arma, ħsara voluntarja, b'pussess ta' arma tan-nar mingħajr raġuni valida, li uża l-istess arma f'post pubbliku, li kiser il-paċi pubblika, li eċċeda l-limiti tal-awtorità tiegħu u li wettaq att li kien fid-dover tiegħu li jipprevjeni.

Il-każ ta' Sheehan qajjem pandemonju politiku, bir-riżultat li Manuel Mallia kellu jitneħħa mill-kariga tiegħu, anke jekk fil-fatt kien irreżista bil-qawwa kollha din ir-riżenja. Mallia kien reġa tpoġġa Ministru fl-aħħar re-shuffle li saret is-sena li għaddiet, fl-eqqel tal-kwistjoni Panama. 

Inkjesta li kienet saret biex tinvestiga l-inċident kienet ikkonkludiet illi Sheehan kien spara darbtejn ikkonkludiet illi żewġ tiri kienu sparati lejn il-karozza tat-tip Vauxhall u li kien hemm ukoll attentat ta' cover-up minn individwi qrib Sheehan.

L-akkużat kien instab ħati illi kien qed isuq waqt li kien taħt l-effetti tax-xorb u kellu l-liċenzja sospiża għal disa' xhur.  

 

More in Kronaka