Il-Pulizija tkisser ċirku ta' prostituzzjoni u ttella' sitt nisa Ukreni l-Qorti

Diversi raids fi ħwienet tal-massaġġi jwasslu biex jitressqu nisa Ukreni...mistennijin jitressqu aktar nies fil-jiem li ġejjin

Numru ta' persuni mistennijin ikunu mressqin il-Qorti u akkużati illi huma parti minn ċirku ta' prostituzzjoni mill-Ukrajna wara li saru diversi tfittxijiet mill-Pulizija f'massage parlours f'Birkirkara, San Ġwann, Santa Venera u l-Ħamrun. 

Sitt nisa Ukreni kienu mressqin il-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech dalgħodu, u kienu akkużati illi kienu qed joperaw burdell jew inkella li kienu qed jaqilgħu l-flus minn fuq il-prostituzzjoni.

Intant matul il-ġranet li ġejjin mistennijin jitressqu aktar nies b'rabta ma' dan iċ-ċirku. 

 

 

More in Kronaka