Raġel mgħammad u armat jisraq u jaħrab bi flus kontanti wara hold up

Raġel daħal mgħammad u armat b'sikkina f'ħanut tal-ħwejjeġ fir-Rabat

ritratt: Arkivji
ritratt: Arkivji

Raġel mgħammad u armat jisraq u jaħrab bi flus kontanti wara hold up f'ħanut tal-ħwejjeġ fir-Rabat.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:45, meta l-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq San Pawl, ir-Rabat.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 24 sena, residenti Birkirkara.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Farruġia Frendo LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka