Raġel jaqa’u jweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Il-ħaddiem waqa’ għoli ta’ nofs sular u sofra ġrieħi gravi

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu, raġel ta’ 41 sena, minn Ħal Tarxien weġġa’ gravi f’inċident ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dun Alfred Gatt, Santa Venera.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li għal xi raġuni r-raġel waqa’ madwar nofs sular. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li kien sofra ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C.Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka